Il-Ġimgħa, 11 ta’ Lulju 2008

F’seba’ snin id-diesel ghola b’157%

Illum il-gurnata l-poplu Malti huwa mdorri li minn zmien ghal zmien il-gvern, permezz tal-Ministru Austin Gatt, ihabbar zieda fil-prezzijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kif ukoll tal-fuel. Fil-kaz tal-fuel iz-zieda tkun ta’ xi ftit centezmi fuq kull litru kull darba li tithabbar iz-zieda, u anke jekk l-impatt jinhass sewwa mis-sewwieqa Maltin u Ghawdxin, ftit jirrealizzaw li tul l-ahhar seba’ snin biss kien hemm kazi fejn il-prezz mitlub lilhom kwazi ttripla.
Minn stharrig li ghamel KullHadd jirrizulta li fl-ahhar seba’ snin, il-prezz tad-diesel f’pajjizna zdied bir-rata allarmanti ta’ 157 fil-mija. Filwaqt li fis-sena 2001, il-prezz tad-diesel kien dak ta’ 46.8 centezmi ta’ l-ewro, f’Gunju ta’ din is-sena l-prezz tad-diesel lahaq ir-rata fenomenali ta’ 1.20 ewro kull litru.Il-gvern zied ukoll b’mod qawwi l-prezz tal-petrol bic-comb u dak bla comb.Fil-kaz tal-petrol bic-comb il-prezz zdied b’45%. Gallun petrol bic-comb kien jiswa 87.3 centezmi ta’ l-ewro lura fis-sena 2001, u llum dan jiswa 1.26 ewro. Iz-zieda fil-prezz tal-petrol bla comb kienet ftit inqas minn dik ta’ dak bic-comb tant li kienet tlahhaq is-37%.
Fis-sena 2001 s-sewwieq Malti kien ihallas 87.3 centezmi ta’ l-ewro, izda minn Gunju li ghadda dan beda jhallas 1.19 ewro. Ir-rati l-godda jfissru inqas flus fi bwiet il-familji Maltin kif ukoll pizijiet kbar fuq in-negozjanti. Fl-2001 biex persuna taghti 11-il gallun ta’ petrol bic-comb lill-karozza taghha kienet tonfoq 42 ewro. Illum trid tonfoq 63 ewro, differenza ta’ 21 ewro. Il-prezz tal-petrol bla comb ghall-istess ammont tela’ minn 42 ewro ghal 58 ewro, differenza ta’ 16-il ewro. Il-prezz tad-diesel zdied b’37 ewro. Fl-2001 kont tixtri 11-il gallun bi 23 ewro u llum, ghall-istess ammont trid 60 ewro.
Quddiem din ir-realtà iebsa, fl-ahhar jiem il-GRTU appellat lil Gvern biex jikkunsidra li jirrevedi l-ammont kbir ta’ taxxi li hemm fuq id-diesel. “Hemm ukoll it-taxxa kiefra fuq id-diesel. Hafna stabbilimenti juzaw id-diesel ghad-distribuzzjoni jew anki fil-produzzjoni tas-servizz/prodott taghhom. Dan ifisser li l-gvern qieghed idahhal izjed VAT ma’ kull centezmu li joghla d-diesel u mieghu taxxa ohra ta’ 34 fil-mija (dazju) li hemm ghal kull litru,” qal ma’ KullHadd id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia. Minkejja dawn l-appelli, sa issa l-gvern ma wera l-ebda indikazzjoni li jista’ jilqa’ talbiet simili.
Dan it-taghrif inghata mill-gurnal il-Kullhadd.
Issa matul din il-gimgħa il-Ministru Austin Gatt ħareg jgħid li d-diesel huwa l-irħass fl-Ewropa. Stqarrija li qanqlet ħafna stmerrija partikolarment meta wieħed jara li l-Ministru Gatt ma għamel ebda stqarrija dwar il-livell tad-dħul tal-Maltin u l-Għawdxin.
Il-Partit Laburista dwar dan ippubblika stqarrija iebsa li qed tiġi riprodotta.
Il-Ministru Austin Gatt minghalih li l-konsumaturi u negozjanti se jibilghu l-argumentazzjoni propagandistika tieghu dwar il-prezzijiet tad-diesel u l-energija. Minflok bhala Ministru tal-poplu irreagixxa b' mod civili ghas-suggerimenti li qed isirulu mill-Partit Laburista, il-GRTU u l-GWU, Austin Gatt irrikorra ghall-partigjanizmu.
Austin Gatt qal li l-prezz ta' dawn l-utilitajiet huma, bhalissa, l-irhas f'Malta mill-pajjizi kollha ta' l-Unjoni Ewropea. Madankollu, imkien ma qabbel il-pagi Maltin ma' dawk ta' pajjizi ohra Ewropej. Bl-istess mod, ma qabbilx il-parti mid-dhul tal-familji li tmur ghal din in-nefqa.Tajjeb infakkru lill-Ministru Gatt fi statistika ricenti ta' l-UE li wriet li Malta hija t-tieni l-aktar pajjiz fejn zdied it-toqol tat-taxxi f'dawn l-ahhar snin. Barra minn hekk, ghal kull €100 li cittadin fl-UE jkollu bhala medja ghad-dispozizzjoni tieghu, cittadin f’pajjizna jkollu €77.
L-istatistika tal-Eurostat tikkonferma wkoll li l-Maltin u l-Ghawdxin huma l-iktar poplu fost il-pajjizi kollha membri ta’ l-UE li jonfqu flus fuq it-trasport. Ghalhekk iz-zidiet fl-ahhar snin ta’ 45% fil-prezz tal-petrol bic-comb, ta’ 37% fil-prezz tal-petrol bla comb u ta’ 157% fil-prezz tad-diesel ihallu impatt hafna iktar qawwi minn f’ pajjizi ohra.Aktar milli joqghod juza l-hin tieghu imhallas minn flus il-poplu biex jghid ghaliex m'ghandux inaqqas it-taxxi fuq il-fuel, kif issuggerit mill-Partit Laburista, il-GRTU u l-GWU, Austin Gatt ghandu jkun proattiv u jifhem il-problemi tal-familji u tan-negozji zghar.
L-istatistika li ta Austin Gatt innifsu turi li hemm 5 pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea li jzommu VAT fuq diesel inqas minn Malta. Dawn huma Portugal, Cipru, Lussemburgu, Spanja u r-Renju Unit. Aktar minn hekk, kif ammetta Austin Gatt inniffsu, il-minimu Ewropew ta' taxxa fuq diesel fadallu sena u nofs biex jidhol fis-sehh. Dan filwaqt li pajjizi bhal Franza u l-Italja ghaddejjin bi sforzi kbar biex ikun hemm riformi anki fuq livell Ewropew, liema riformi fuq tassazzjoni tal-fuel jidher li ma jinteressawx lill-Gvern Nazzjonalista.
Fil-verita', waqt il-konferenza ta' l-ahbarijiet, Austin Gatt ikkontradixxa lilu nnifsu. Huwa dam hafna jghid li l-Gvern ma jistax jaghmel limitu (jaghmel capping) fuq id-dhul tieghu mis-sisa fuq il-fuel kif issuggerit mill-Partit Laburista, GRTU u GWU. Izda mbaghad qal li jekk inaqqas €5 miljun mis-sisa, irid jigborhom minn x'imkien iehor. Dan juri li allura s-suggeriment tal-Partit Laburista u l-korpi kostitwiti jista' jitwettaq u li l-Gvern qed izomm lura ghax qed ihares lejn din il-kwistjoni mhux bhala wahda ekonomikament strategika izda sempliciment bhala ezercizzju fl-accounting. Dikjarazzjonijiet ta' Austin Gatt bhal "Jekk huwa (il-prezz tad-diesel) l-aktar baxx fl-UE, kif jista' jkun orhos?" juru li jew il-Ministru responsabbli minn qasam daqshekk strategiku m'ghandux idea ta' kif tahdem l-ekonomija jew inkella lahaq limiti godda fl-arroganza tieghu.
Minflok il-gvern Nazzjonalista jara kif itaffi l-pizijiet, jara kif isib l-iskuzi biex jibqa' għaddej.

It-Tnejn, 7 ta’ Lulju 2008

Proposti għat-tisħieħ tad-demokrazija f'pajjizna

It-tim parlamentari Laburista qabel unanimament li qabel kull diskussjoni mal-gvern dwar il-proceduri parlamentari, l-ewwel diskussjoni ghandha tkun dwar it-tishih tad-demokrazija f'pajjizna. Dan habbru l-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta waqt li dal-ghodu kien qieghed jitkellem fic-centru Laburista tas-Siggiewi bhala parti mill-vjagg Niltaqa Maghkom, habbar pakkett ta' proposti li qal li l-Oppozizzjoni Laburista lesta li tibda u ttemm id-diskussjonijiet dwarhom mal-gvern sa Settembru li gej.

Il-Mexxej Laburista habbar li wara laqgha li t-tim parlamentari Laburista kellu l-bierah, huwa se jkun qed jibghat ittra lill-Prim Ministru fejn se jispjegalu x'se tkun qed tisenna minn ghandu l-Oppozizzjoni Laburista, biex f'pajjizna bil-fatti jkollna t-tishih tad-demokrazija. L-Oppozizzjoni Laburista se tkun qed twassal il-lehen tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Joseph Muscat sahaq li l-Oppozizzjoni Laburista lesta li tiddiskuti mal-gvern ligi dwar il-htiega tat-trasparenza fil-finanzjament tal-partiti politici. Il-Partit Laburista jemmen f'ligi li ddahhal il-finanzjament pubbliku tal-partiti, bil-ghan li meta l-poplu jitkellem ma' politiku jkun jaf li qed jitkellem ma' politiku biss u mhux ma politiku li warajh, fejn ma jidhirx, ikun hemm xi negozjant kbir. Fl-istess hin il-Partit Laburista lest li jippublika l-kotba finanzjarji kollha tieghu.
L-Oppozizzjoni Laburista lesta li tiddiskuti ligi li tirregola l-funzjoni ta' gvern li jkun wiehed caretaker. Jinhtieg li jkun hemm regoli cari f'pajjizna, bhala pajjiz zviluppat, dwar x'jista jaghmel u x'ma jistax jaghmel, gvern li jkun qed joqrob lejn l-ghabex tieghu. Joseph Muscat sahaq ukoll li l-Oppozizzjoni Laburista hija wkoll lesta li tiddiskuti dwar il-htiega li l-parlament kollu, izda b'mod partikolari n-naha ta' l-Oppozizzjoni, jkollu r-rizorsi adegwati biex jahdem. L-emfasi qed issir fuq l-Oppozizzjoni ghaliex waqt li l-gvern ghandu r-rizorsi tal-Ministeri, l-Oppozizzjoni m'ghandha xejn minn dan kollu.

L-Oppozizzjoni Laburista tinsab lesta li tidhol f'diskussjonijiet anki dwar il-ligi elettorali, bil-ghan li din tkun tirrifleti vera r-rieda tal-poplu u bil-ghan li tkun ligi gusta u trasparenti li ma taghti lok ghall-ebda incertezzi. Il-Mexxej Laburista semma wkoll kif l-Oppozizzjoni Laburista qablet li dawk in-nies li kienu jahdmu mal-gvern, ma' kumpaniji tal-gvern jew ma kumpaniji li kienu tal-gvern u inghataw ragun mit-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta' l-Ingustizzji jew mill-Ombudsman u li izda baqghu bla kumpens, issa ghandhom jinghataw gustizzja shiha.
L-Oppozizzjoni Laburista tistenna wkoll riforma drastika fil-mod kif jinhatru l-borijiet kemm tad-diretturi u kif ukoll dak editorjali fi hdan il-PBS. Jinhtieg, sahaq Joseph Muscat li fil-kompozizzjoni ta' dawn il-bordijiet, ikun hemm bilanc bejn il-partiti politici u s-socjeta` civili. Minn naha l-ohra ghandu jkun hemm qbil bejn iz-zewg nahat tal-kamra tar-rapprezentanti dwar ic-chairman tal-PBS.

Fl-istess hin imbaghad, zied il-Mexxej Laburista, l-Oppozizzjoni Laburista qed titlob lill-gvern biex jaqbel li ghandu jkun capping fuq is-sisa fuq il-fuel. Is-sitwazzjoni llum hija li iktar ma joghla l-prezz taz-zejt, il-gvern iktar idahhal mis-sisa fuq il-fuel. L-Oppozizzjoni Laburista qed tipproponi li ghandu jkun hemm qbil li l-gvern jaccetta li m'ghandux idahhal iktar minn dak li dahhal f'Mejju u Gunju ta' din is-sena, f'dik li hija sisa fuq il-fuel. Jekk jaccetta dil-proposta, il-gvern ikun qed jibghat sinjal li mhux lest jibqa jaqla l-flus minn fuq it-tbatija tal-poplu Malti u Ghawdxi

Joseph Muscat qal li jekk il-gvern jaccetta, bl-eccezzjoni tal-ligi elettorali fejn id-diskussjoni bil-fors tiehu iktar, l-Oppozizzjoni Laburista lesta li li tibda u ttemm id-diskussjonijiet mal-gvern dwar il-proposti l-ohra kollha sa Settembru li gej. Permezz tal-proposti li qed jaghmel il-Partit Laburista qed juri bil-fatti li huwa partit pozittiv. Il-Partit Laburista jrid li l-ewwel tinstab soluzzjoni ghall-problemi ta' veru li qed ihabbat wiccu maghhom il-pajjiz bil-ghan li tissahhah id-demokrazija.

Il-gvern irid li l-Partit Laburista jitkellem mieghu madwar mejda. Il-Partit Laburista minn naha tieghu, sahaq Joseph Muscat, lest li jitkellem ma kulhadd ghaliex irid ikun il-lehen tal-poplu Malti u Ghawdxi. Bil-fatti l-Partit Laburista qed jistah stagun politiku gdid fejn se jaghti lil pajjizna generazzjoni rebbieha.

L-għazla tal-kandidati

F'Ġunju li ġej il-partit laburista se jkun qiegħed jiffaċċja test elettorali fuq bazi nazzjonali. Mill-ġdid il-poplu Malti u Għawdxi se jkun qiegħed jivvota biex jiġi elett parlament ewropew ġdid għal terminu ta' ħames snin.
Din se tkun it-tieni esperjenza tagħna kemm bħala pajjiz kif wkoll bħala partit li nagħtu sehmna f'dan il-process demokratiku fuq livell ewropew. Dan jagħtina lok li naraw kif ħdimna fl-aħħar elezzjoni, x'sar matul dawn l-aħħar ħames snin u dak li rinu noffru għaz-zmien li ġej.
L-ezekuttiv nazzjonali fil-jiem li għaddew iddecida li jlaqqa' konferenza straordinarja biex teleġġi amministrazzjoni ġdida u biex tiddiskuti emenda għall-istatut dwar l-għazla tal-kandidati għall-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew.
Biex wieħed isegwi aħjar, il-partit laburista jagħzel il-kandidati tiegħu billi dawk interessati li jikkontestaw isimhom jigi diskuss mill-Ezekuttiv Nazzjonali, isir skrutinju mill-Bord ta' Vigilianza u wara jagħddu għall-approvazzjoni tal-Konferenza ġeneral ital-Partit. Biex jiġi maghzul, kandidat irid iġib mhux inqas minn 70% tal-voti mitfugħa u jistgħu jintgħazlu 8 biss.
Fl-għazla li saret ħames snin ilu, il-konferenza l-ewwel darba li tlaqqgħet, għazlet biss erba' kandidati. Dan wassal għal dibattitu jekk il-konferenza kellhiex titlaqqa' biex jintagħazlu erba ohra. Fil-fatt hekk ġara li l-konferenza regghet iltaqgħet biex jintgħazlu erba kandidati oħra.
Dak li seħħ ħames snin ilu jagħti lok għal diskussjoni dwar kif għandhom jintgħazlu il-kandidati tal-partit. Għandna nibqgħu bl-istess sistema?
Jekk wieħed ihares lejn kif jintgħazlu l-kandidati tal-elezzjoni generali, dawn wkoll jeħtieġu l-approvazzjoni tal-konferenza ġenerali izda ma hemmx numru massimu ta' kandidati li jistgħu joħorġu u jridu jġibu mill-inqas 60% tal-vot. Fl-lezzjonijiet għall-parlament ewropew, hemm zewġ kwalifiki differenti jiġifieri 70% tal-vot minflok 60% tal-voti itfugħa u limitazzjoni ta' 8 kandidati biss.
Dawn iz-zewġ punti jagħtu lok għal diskussjoni dwar dawn il-kriterji. Għandu l-partit ikollu biss 8 kandidati? Ir-regola ta' 70% tal-voti mitfgħua għandha tibqa' tiġi sostenuta?
Huwa evidenti li fl-aħħar elezzjoni il-partit kellu team ta' kandidati kompatt u li ta sehemu bil-kbir tant illi l-partit kellu success elettorali sostanzjali. Izda li mit-team kien hemm zewġ elementi nieqsa : kandidati nisa u kandidati minn Għawdex.
Dawn iz-zewġ aspetti jeħtieġ li li jingħataw attenzjoni biex din id-darba ikollna rapprezentanza aktar wiesgħa u nsaħħu aktar it-team għall-elezzjonijiet li ġejjin.
Napprezzaw il-kummenti tagħkom dwar dawn il-punti. Id-diskussjoni u d-decizjoni tittieħed mill-konferenza ġenerali fi ftit ġimgħat.

Enerġija Ġdida

Il-Partit Laburista, matul dawn l-aħħar xhur, għadda minn zmien ta' għazliet li wasslu għall-ħatra ta' tmexxija ġdida. Għazliet li se jkunu qegħdin jissoktaw meta fil-jiem li ġejjin se tinħatar l-amministrazzjoni tal-partit. Zmien ta' għazla iwassal għal diskussjoni. Din id-diskussjoni għandha tkun aktar immirata dwar il-ħtigijiet li għandu il-partit kemm mil-lat ta' ħsieb politiku, kif wkoll mil-lat ta' prezenza u messaġġ li jrid jwassal il-Partit Laburista.
Dawn l-aspetti huma lkoll importanti u fl-għazliet li jsiru għandhom jingħataw l-importanza li kollha jixirqilhom. L-aspett ta' ħsieb politiku irid jingħata l-ewwel priorita' u dan peress li l-partit irid isaħħah il-mod kif jixtarr, janalizza u jiddeciedi dwar il-politika li jfassal u l-proposti li jwassal. Dan il-qasam jeħtieġ li jkun proċess aktar miftuħ u li jisma' aktar ideat. Wieħed mill-iskopijiet ta' dan il-blog.
Il-messaġġi politiċi li rridu nwasslu jeħtieġ li jkun aktar ċari u li huma dejjem aktar relevanti għaz-zminijiet tal-lum kif wkoll għal li ġej. Il-Partit Laburista irid jara li juza kull mezz possibbli biex il-messaġġ politiku tiegħu jasal.
Biex jasal il-messaġġ jeħtieġ li jkun aktar prezenti fuq il-media kemm dik tradizzjonali kif wkoll fuq il-media il-ġdida fosthom il-mezz li qiegħed jintuza biex niddiskutu flimkien. Il-prezenza trid tkun aktar qawwija u kontinwa li twassal bl-aktar mod ċar il-ħsieb politiku li nfasslu u li nressqu għad-diskussjoni tal-poplu.
Il-messaġġ jasal wkoll jekk ikollok lil min jikkomunika il-messaġġ tal-partit b'mod tajjeb. Il-Partit Laburista għandu bzonn iressaq 'l quddiem kull min jaf iwassal il-messaġġ. L-image tal-partit tiddependi minn min se jkun qiegħed fuq quddiem fil-ħidma politika tal-partit. Għalhekk l-għazliet li jridu jsiru jeħtieg li jkunu b'mod li jagħti importanza kemm għal min jista' joffri fit-tfassil tal-ħsieb politiku, kemm għat-tip ta' messaġġ li rridu nwasslu kif wkoll għall-kwalitajiet tal-persuni li se jwasslu l-messaġġ.
Il-partit laburista fil-messaġġi li jressaq 'l quddiem irid iressaq argumenti u jirispondi l-argumenti b'argumenti. Spiċċa zmien li nattakkaw il-persuni. Dak m'huwiex il-mod kif issir il-politika fi staġun politiku ġdid. Huwa importanti li l-partit labuirsta jikxef egħmil li jsir b'mod skorrett minn min ikun fit-tmexxija. Dak huwa dover tal-oppozizzjoni li jrid jitwettaq u huwa parti mill-iskrutinju li l-partit għandu jagħmel izda li nirrispondu għall-argumenti b'attakki fuq il-persuni, dak huwa hazin.
Għalhekk jeħtieg li nsaħħu d-diskussjoni anke' b'dan il-mezz biex nagħtu l-kontribut tagħna b'risq il-partit laburista. Jeħtieg li nwessgħu din id-diskussjoni. Jeħtieġ li nagħtu enerġija ġdida lill-partit bl-entuzjazmu li għandna nuru.