It-Tnejn, 7 ta’ Lulju 2008

L-għazla tal-kandidati

F'Ġunju li ġej il-partit laburista se jkun qiegħed jiffaċċja test elettorali fuq bazi nazzjonali. Mill-ġdid il-poplu Malti u Għawdxi se jkun qiegħed jivvota biex jiġi elett parlament ewropew ġdid għal terminu ta' ħames snin.
Din se tkun it-tieni esperjenza tagħna kemm bħala pajjiz kif wkoll bħala partit li nagħtu sehmna f'dan il-process demokratiku fuq livell ewropew. Dan jagħtina lok li naraw kif ħdimna fl-aħħar elezzjoni, x'sar matul dawn l-aħħar ħames snin u dak li rinu noffru għaz-zmien li ġej.
L-ezekuttiv nazzjonali fil-jiem li għaddew iddecida li jlaqqa' konferenza straordinarja biex teleġġi amministrazzjoni ġdida u biex tiddiskuti emenda għall-istatut dwar l-għazla tal-kandidati għall-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew.
Biex wieħed isegwi aħjar, il-partit laburista jagħzel il-kandidati tiegħu billi dawk interessati li jikkontestaw isimhom jigi diskuss mill-Ezekuttiv Nazzjonali, isir skrutinju mill-Bord ta' Vigilianza u wara jagħddu għall-approvazzjoni tal-Konferenza ġeneral ital-Partit. Biex jiġi maghzul, kandidat irid iġib mhux inqas minn 70% tal-voti mitfugħa u jistgħu jintgħazlu 8 biss.
Fl-għazla li saret ħames snin ilu, il-konferenza l-ewwel darba li tlaqqgħet, għazlet biss erba' kandidati. Dan wassal għal dibattitu jekk il-konferenza kellhiex titlaqqa' biex jintagħazlu erba ohra. Fil-fatt hekk ġara li l-konferenza regghet iltaqgħet biex jintgħazlu erba kandidati oħra.
Dak li seħħ ħames snin ilu jagħti lok għal diskussjoni dwar kif għandhom jintgħazlu il-kandidati tal-partit. Għandna nibqgħu bl-istess sistema?
Jekk wieħed ihares lejn kif jintgħazlu l-kandidati tal-elezzjoni generali, dawn wkoll jeħtieġu l-approvazzjoni tal-konferenza ġenerali izda ma hemmx numru massimu ta' kandidati li jistgħu joħorġu u jridu jġibu mill-inqas 60% tal-vot. Fl-lezzjonijiet għall-parlament ewropew, hemm zewġ kwalifiki differenti jiġifieri 70% tal-vot minflok 60% tal-voti itfugħa u limitazzjoni ta' 8 kandidati biss.
Dawn iz-zewġ punti jagħtu lok għal diskussjoni dwar dawn il-kriterji. Għandu l-partit ikollu biss 8 kandidati? Ir-regola ta' 70% tal-voti mitfgħua għandha tibqa' tiġi sostenuta?
Huwa evidenti li fl-aħħar elezzjoni il-partit kellu team ta' kandidati kompatt u li ta sehemu bil-kbir tant illi l-partit kellu success elettorali sostanzjali. Izda li mit-team kien hemm zewġ elementi nieqsa : kandidati nisa u kandidati minn Għawdex.
Dawn iz-zewġ aspetti jeħtieġ li li jingħataw attenzjoni biex din id-darba ikollna rapprezentanza aktar wiesgħa u nsaħħu aktar it-team għall-elezzjonijiet li ġejjin.
Napprezzaw il-kummenti tagħkom dwar dawn il-punti. Id-diskussjoni u d-decizjoni tittieħed mill-konferenza ġenerali fi ftit ġimgħat.

No comments: