Il-Ħamis, 7 ta’ Awwissu 2008

Wara l-Ħatriet

Fil-bidu ta' din il-ġimgħa, il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista ħatret amministrazzjoni li se tkun qed isservi ghaz-zmien illi ġej. Inħattru wkoll għaxar membri tal-ezekuttiv nazzjonali li se jservu fl-ezekuttiv flimkien mal-membri l-oħra ta' din l-istruttura fil-Partit Laburista.

Saru il-ħatriet, id-delegati esprimew il-fiduċja tagħhom bil-vot illi taw. Issa jmiss li jitwettaq ix-xogħol kbir li għandu jsir. Xogħol li se jagħti ħajja ġdida lill-Partit Laburista. Xogħol li se jsostni lit-tmexxija l-ġdida tal-Partit Laburista. Xogħol li se jfassal il-futur tal-Partit Laburista u l-mod kif il-Partit Laburista se jservi fil-futur.

Minn dawk eletti, aħna nistennew li l-ewwel u qabel kollox, jaħdmu bħala team. Jibgħatu sinjal lill-istrutturi kollha tal-Partit Laburista, li t-triq 'l quddiem hija li xoxgħol isir bħala team wieħed li fih kullħadd ikollu l-ispazju biex jagħti s-sehem tiegħu b'risq il-partit.

Jeħtieġ li d-deċizjonijiet tal-Konferenza Ġenerali jiġu rispettati. Kullħadd kellu l-opportunita' li jwassal il-ħsieb tiegħu. Kullħadd kellu ċ-ċans li juri l-ħsibijiet tiegħu tul dawn l-għazliet. Issa imiss li minkejja kull differenza, jeħtieġ li niġbdu ħabel wieħed mill-istess tarf, fl-istess direzzjoni.

Issa jmiss li l-enerġija tintuza b'mod pozittiv. Jeħtieġ ħsieb pozittiv biex jitwassal l-aħjar messaġġ u jasal bl-aħjar mod. Biex iseħħ dan, jeħtieġ impenn minn kullħadd u b'determinazzjoni sħiħa biex ma nħallu xejn xi jtellef il-ħidma li trid issir.

It-Tnejn, 4 ta’ Awwissu 2008

Solidarjeta' ma' Karl

Wieħed minna. Malajr ġriet l-aħbar. Karl Chircop jinsab l-isptar f'qagħda kritika. Inħsadna u mingħajr ma trid, tispiċċa bla kliem. Sitwazzjonijiet bħal dawn iġegħluk tirrifletti ftit. Ħabib ta' ħafna, persuna rispettata li minkejja d-differenzi kollha dejjem ħadem fl-interess tal-kotra.

Jeħtieġ li nuru s-soliderjeta' tagħna mal-familja Chricop u bit-talb tagħna nagħtu appoġġ lil Karl u lill-familja tieghu.

Segwejna l-kummenti li qed jintbagħtu fuq is-sit ta' The Times. Qed nirriproduċuhom għall-informazzjoni tagħkom. http://timesofmalta.com/articles/view/20080804/local/labour-mp-hospitalised-in-serious-condition

Kuragg Karl. Il-Mulej jagħtik l-għajnuna li teħtieġ u jagħti l-kuraġġ lill-familja tiegħek kollha.