Il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2008

Skontri ta' Ideat

Fl-ahhar jiem innutajna diversi messaggi, kummenti, telefonati u kull xort' ohra ta' komunikazzjoni b'attenzjoni assoluta ghall-kontest tal-amministrazzjoni li se jsir nhar it-Tnejn. Opinjonijiet, dikjarazzjonijiet, stqarrijiet ta' appogg u ohrajn. Sfortunatament, qeghdin nitkellmu biss dwar il-persuni. Ghaliex dak u mhux l-iehor izda id-diskussjoni dwar kif se nibnu l-partit ghal li gej huwa kliem li donnu intesa' ghal kollox.
Nistaqsu, kemm hawn delegati li qeghdin jiflu it-tibdil li qed jigi propost mill-ezekuttiv nazzjonali fl-istatut? Kemm hemm delegati li qed jiftakru li t-tieni sessjoni se tkun dedikata ghal diskussjoni dwar din l-emenda?
Ahna ippubblikajna l-emenda li qed tigi proposta. Ircevejna ftit emails dwar dak li qed jigi propost imma l-aqwa li nkomplu nitkellmu dwar dak u l-iehor u min ghandu jkun fit-tali kariga u min ghandu jkun fil-kariga l-ohra.
Dwar l-elezzjonijiet, jehtieg illi fid-diskussjoni naraw l-opinjonijiet u l-pozizzjonijiet tal-kontestanti. Nifhmu u naraw x'kontribut ikunu taw lil partit, kif imxew fi hdan il-partit u x'jistghu joffru fiz-zmien li gej. Naraw il-personalitajiet taghhom u kif jistghu jirraprezentaw lill-partit fi zmien li gej. Dawk li jigu eletti irridu naraw il-prezenza taghhom fuq il-media x'messagg se jibghat dwar il-partit u l-vizjoni tieghu. Dawn huma uhud mill-punti li wiehed irid jixtarr.
Nifhmu, li l-hatriet li se jsiru nhar it-Tnejn huma importanti izda m'humiex l-unici affarijiet li ghandna niddiskutu. Hemm hafna suggetti ohra li jehtieg li jkollhom attenzjoni. L-elezzjonijiet joholqu ftit sensazzjoni u bilfors ikun hemm interess u min isegwi.
Jehtieg li fi hdan il-partit ikun hemm aktar min jiddiskuti l-issues u l-pozizzjonijiet li ghandu jiehu l-partit. Huwa aktar importanti li naghtu attenzjoni ghal dak li bhala partit se nkunu qeghdin noffru.
Fil-fehema taghna, dan huwa li jfisser stagun politiku gdid. Ifisser li dan il-partit jaghti aktar spazju ghal idejat u hsieb gdid. Li nifhmu l-idejat ta' xulxin u naraw ta' min hija l-ahjar idea. Li nghinu lil xulxin inwasslu il-messagg tal-partit wara li flimkien infasslu l-vizjoni u l-hsieb taghna.
Dan is-sit huwa mahsub biex jghin f'dan il-process. L-energija taghna irridu nutilizzawha biex nuru li ahna verament pozittivi u li ahna kapaci noffru ideat ahjar u aqwa. Ghalhekk il-htiega li nitkellmu aktar dwar l-ideat u mhux biss dwar l-elezzjonijiet interni.

It-Tnejn, 28 ta’ Lulju 2008

Bord li suppost jissorvelja l-prezzijiet tal-medicini ilu iktar minn sena ma jiltaqa

Din huwa fatt tal-mishija. Jghidu li qed jibnu l-agenziji biex iharsu lill-poplu Malti u Ghawdxi mill-gholi tal-prezzijiet u wara ma jaghtux kaz jekk dawn l-agenziji jahdmux jew le.
Qed nirriproducu r-rappurtagg tal-messagg li ghadda l-bierah il-mexxej Laburista Joseph Muscat.
Bord li l-gvern Nazzjonalista kien waqqaf madwar sentejn ilu biex suppost jissorvelja l-prezzijiet tal-medicini, ilu iktar minn sena ma jiltaqa. Dan zvelah dal-ghodu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt l-attivita` Niltaqa Maghkom fic-centru Laburista tal-Fgura.
Il-Mexxej Laburista sahaq li dan il-fatt jikkonferma n-nuqqas ta’ serjeta` minn naha tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-gvern tieghu fl-impenn li suppost ghandhom kontra l-gholi tal-hajja.Fid-diskors tieghu Dr Muscat qal li llum sfortunatament skond ic-cifri ufficjali tal-gvern innifsu u anki ta’ l-UE, pajjizna ghandu l-oghla rata ta’ gholi tal-hajja fl-ahhar 10 snin waqt li r-rata ta’ l-gholi tal-hajja hija oghla minn dik taz-zona ewro. Fl-istess hin imbaghad ghandna gvern li ma jafx jiehu l-passi biex ma jhallix l-gholi tal-hajja jikkarga ‘l fuq.
Bil-kuntrarju l-Partit Laburista sa mill-lum, anki jekk mill-oppozizzjoni ghandu hsibijiet cari ta’ x’jista` jsir dwar l-gholi tal-hajja.Joseph Muscat qal illi kieku pajjizna ghandu gvern Laburista, ma kienx izid il-piz tat-taxxi fuq il-fuel, kif wara kollox ghamel il-gvern Laburista Ingliz. Il-Ministru Austin Gatt izda anki jekk bir-regoli ta’ l-UE ghandu iktar minn sena ohra fejn jista jaghmel dak kollu possibli biex ma jibqax izid il-pizijiet fuq il-fuel, ma huwa jaghmel xejn.
Il-Mexxej Laburista semma wkoll il-prezzijiet tal-medicini u l-impatt li dawn ihallu fuq hafna familji u anzjani. Qal li l-Partit Laburista madwar sentejn ilu kien gibed l-attenzjoni dwar dan. Il-gvern Nazzjonalista kien waqqaf bord biex suppost jissorvelja l-prezzijiet tal-medicini, izda jirrizulta li dan il-bord ilu ma jiltaqa iktar minn sena. Dan jikkonferma n-nuqqas ta’ serjeta` minn naha tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-gvern tieghu fl-impenn li suppost ghandhom kontra l-gholi tal-hajja. Joseph Muscat qal illi kieku pajjizna ghandu gvern Laburista, kien jizgura li dan il-bord jiltaqa mill-inqas kull xahar.
Il-Partit Laburista jemmen li pajjizna ghandu jaghmel uzu mill-ghodod li jirrispettaw il-ligijiet tas-suq f’rispett shih lejn il-kompetizzjoni u l-kummerc gust.“Il-Partit Laburista sa mill-oppozizzjoni diga qed juri li jaf fejn irid jasal u li jaf kif se jasal”, sahaq Dr Muscat. Il-Partit Laburista jrid li jaghmel minn Malta l-aqwa pajjiz fl-Ewropa. Il-Maltin u l-Ghawdxin iridu jemmnu fihom infushom. Iridu jemmnu li ahna bhala poplu kapaci naslu daqs popli ohra jekk mhux iktar ukoll. Il-Mexxej Laburista sahaq li l-mutur ta’ din il-bidla fil-mentalita tal-poplu se jkunu z-zghazagh. Il-Partit Laburista huwa d-dar naturali taz-zghazagh bhala forza li se tigbor flimkien lill-qawwiet progressivi u lin-nies moderati.
Fil-Fgura Dr Muscat tkellem ukoll fit-tul dwar il-privatizazzjoni tat-tarzna. Appella lill-gvern biex jekk se jmur ghall-privatizazzjoni ghandu jieqaf imaqdar lill-istess tarzna u minflok jekk irid igib prezz tajjeb ghandu jfahhar lit-tarzna. Il-Partit Laburista jemmen li fit-tarzna hemm uhud mill-aqwa elementi teknici li qatt ipproduca pajjizna. Ghalhekk jekk il-gvern ghazel li jimxi fuq it-triq tal-privatizazzjoni ghandu jimxi b’mod serju. Il-Partit Laburista qed joffri tlett linji gwida li l-gvern ghandu jimxi fuqhom.Il-Mexxej Laburista qal li l-privatizazzjoni tat-tarzna m’ghandhiex tkun privatizazzjoni li twassal ghal spekulazzjoni.
It-tarzna fiha prime sites mill-aspett ta’ sigurta` u ta’ prosperita`. Ghalhekk il-privatizazzjoni m’ghandhiex isservi biex xi hadd jahtaf xi bicca art. Fl-istess hin it-tarzna ghandha tinghata l-assi kollha biex tkun tista tiffunzjona. Jekk ma jigrix dan it-tarzna tispicca tkun zmantellata ftit ftit u ssir progett iehor ta’ spekulazzjoni.
Minn naha l-ohra l-gvern ghandu jaghmel minn kollox biex sa fejn huwa possibli, t-tarzna tibqa` tigi trattata bhala entita wahda u ma tkunx spezzettata f’hafna bicciet.F’dal-kuntest, waqt li huwa tajjeb li l-gvern qed jiltaqa mal-GWU, l-iskemi ta’ irtirar kmieni ghandhom jigu offruti lill-haddiema u d-decizjonijiet ghandhom jittiehdu wara li l-haddiema jkunu jafu min se jixtri t-tarzna u x’futur qed joffri. Dr Muscat sahaq li l-pozizzjoni li qed jiehu l-Partit Laburista dwar it-tarzna hija wahda ta’ responsabilita li thares l-interess nazzjonali, l-interess tal-Maltin u l-Ghawdxin li matul is-snin issusidjaw lit-tarzna mit-taxxi li hallsu u l-interessi tal-haddiema. Il-Partit Laburista jrid li ebda haddiem tat-tarzna ma jispicca bla xoghol, waqt li l-pajjiz jiehu l-aqwa li jista mill-privatizazzjoni tat-tarzna, qal il-Mexxej Laburista.