Il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2008

Skontri ta' Ideat

Fl-ahhar jiem innutajna diversi messaggi, kummenti, telefonati u kull xort' ohra ta' komunikazzjoni b'attenzjoni assoluta ghall-kontest tal-amministrazzjoni li se jsir nhar it-Tnejn. Opinjonijiet, dikjarazzjonijiet, stqarrijiet ta' appogg u ohrajn. Sfortunatament, qeghdin nitkellmu biss dwar il-persuni. Ghaliex dak u mhux l-iehor izda id-diskussjoni dwar kif se nibnu l-partit ghal li gej huwa kliem li donnu intesa' ghal kollox.
Nistaqsu, kemm hawn delegati li qeghdin jiflu it-tibdil li qed jigi propost mill-ezekuttiv nazzjonali fl-istatut? Kemm hemm delegati li qed jiftakru li t-tieni sessjoni se tkun dedikata ghal diskussjoni dwar din l-emenda?
Ahna ippubblikajna l-emenda li qed tigi proposta. Ircevejna ftit emails dwar dak li qed jigi propost imma l-aqwa li nkomplu nitkellmu dwar dak u l-iehor u min ghandu jkun fit-tali kariga u min ghandu jkun fil-kariga l-ohra.
Dwar l-elezzjonijiet, jehtieg illi fid-diskussjoni naraw l-opinjonijiet u l-pozizzjonijiet tal-kontestanti. Nifhmu u naraw x'kontribut ikunu taw lil partit, kif imxew fi hdan il-partit u x'jistghu joffru fiz-zmien li gej. Naraw il-personalitajiet taghhom u kif jistghu jirraprezentaw lill-partit fi zmien li gej. Dawk li jigu eletti irridu naraw il-prezenza taghhom fuq il-media x'messagg se jibghat dwar il-partit u l-vizjoni tieghu. Dawn huma uhud mill-punti li wiehed irid jixtarr.
Nifhmu, li l-hatriet li se jsiru nhar it-Tnejn huma importanti izda m'humiex l-unici affarijiet li ghandna niddiskutu. Hemm hafna suggetti ohra li jehtieg li jkollhom attenzjoni. L-elezzjonijiet joholqu ftit sensazzjoni u bilfors ikun hemm interess u min isegwi.
Jehtieg li fi hdan il-partit ikun hemm aktar min jiddiskuti l-issues u l-pozizzjonijiet li ghandu jiehu l-partit. Huwa aktar importanti li naghtu attenzjoni ghal dak li bhala partit se nkunu qeghdin noffru.
Fil-fehema taghna, dan huwa li jfisser stagun politiku gdid. Ifisser li dan il-partit jaghti aktar spazju ghal idejat u hsieb gdid. Li nifhmu l-idejat ta' xulxin u naraw ta' min hija l-ahjar idea. Li nghinu lil xulxin inwasslu il-messagg tal-partit wara li flimkien infasslu l-vizjoni u l-hsieb taghna.
Dan is-sit huwa mahsub biex jghin f'dan il-process. L-energija taghna irridu nutilizzawha biex nuru li ahna verament pozittivi u li ahna kapaci noffru ideat ahjar u aqwa. Ghalhekk il-htiega li nitkellmu aktar dwar l-ideat u mhux biss dwar l-elezzjonijiet interni.

1 comment:

NEVILLE said...

Nixitieq ninfurmakom li ftaht link taghkom fil-blog tieghi
nevillegafa.blofspot.com

Grazzi

Neville Gafa'.