It-Tnejn, 7 ta’ Lulju 2008

Enerġija Ġdida

Il-Partit Laburista, matul dawn l-aħħar xhur, għadda minn zmien ta' għazliet li wasslu għall-ħatra ta' tmexxija ġdida. Għazliet li se jkunu qegħdin jissoktaw meta fil-jiem li ġejjin se tinħatar l-amministrazzjoni tal-partit. Zmien ta' għazla iwassal għal diskussjoni. Din id-diskussjoni għandha tkun aktar immirata dwar il-ħtigijiet li għandu il-partit kemm mil-lat ta' ħsieb politiku, kif wkoll mil-lat ta' prezenza u messaġġ li jrid jwassal il-Partit Laburista.
Dawn l-aspetti huma lkoll importanti u fl-għazliet li jsiru għandhom jingħataw l-importanza li kollha jixirqilhom. L-aspett ta' ħsieb politiku irid jingħata l-ewwel priorita' u dan peress li l-partit irid isaħħah il-mod kif jixtarr, janalizza u jiddeciedi dwar il-politika li jfassal u l-proposti li jwassal. Dan il-qasam jeħtieġ li jkun proċess aktar miftuħ u li jisma' aktar ideat. Wieħed mill-iskopijiet ta' dan il-blog.
Il-messaġġi politiċi li rridu nwasslu jeħtieġ li jkun aktar ċari u li huma dejjem aktar relevanti għaz-zminijiet tal-lum kif wkoll għal li ġej. Il-Partit Laburista irid jara li juza kull mezz possibbli biex il-messaġġ politiku tiegħu jasal.
Biex jasal il-messaġġ jeħtieġ li jkun aktar prezenti fuq il-media kemm dik tradizzjonali kif wkoll fuq il-media il-ġdida fosthom il-mezz li qiegħed jintuza biex niddiskutu flimkien. Il-prezenza trid tkun aktar qawwija u kontinwa li twassal bl-aktar mod ċar il-ħsieb politiku li nfasslu u li nressqu għad-diskussjoni tal-poplu.
Il-messaġġ jasal wkoll jekk ikollok lil min jikkomunika il-messaġġ tal-partit b'mod tajjeb. Il-Partit Laburista għandu bzonn iressaq 'l quddiem kull min jaf iwassal il-messaġġ. L-image tal-partit tiddependi minn min se jkun qiegħed fuq quddiem fil-ħidma politika tal-partit. Għalhekk l-għazliet li jridu jsiru jeħtieg li jkunu b'mod li jagħti importanza kemm għal min jista' joffri fit-tfassil tal-ħsieb politiku, kemm għat-tip ta' messaġġ li rridu nwasslu kif wkoll għall-kwalitajiet tal-persuni li se jwasslu l-messaġġ.
Il-partit laburista fil-messaġġi li jressaq 'l quddiem irid iressaq argumenti u jirispondi l-argumenti b'argumenti. Spiċċa zmien li nattakkaw il-persuni. Dak m'huwiex il-mod kif issir il-politika fi staġun politiku ġdid. Huwa importanti li l-partit labuirsta jikxef egħmil li jsir b'mod skorrett minn min ikun fit-tmexxija. Dak huwa dover tal-oppozizzjoni li jrid jitwettaq u huwa parti mill-iskrutinju li l-partit għandu jagħmel izda li nirrispondu għall-argumenti b'attakki fuq il-persuni, dak huwa hazin.
Għalhekk jeħtieg li nsaħħu d-diskussjoni anke' b'dan il-mezz biex nagħtu l-kontribut tagħna b'risq il-partit laburista. Jeħtieg li nwessgħu din id-diskussjoni. Jeħtieġ li nagħtu enerġija ġdida lill-partit bl-entuzjazmu li għandna nuru.

2 comments:

Anonymous said...

Fl-ahhar hawn site fejn nistghu nikkummentaw b'mod kreattiv u intelligenti, fuq dak li qieghed jigri madwarna!!

Abe said...

Proset tassew!

Hemm bzonn ta' aktar blogs laburisti li jkunu miftuha ghall-idejat ta' kull min hu progressiv u moderat. Irridu nkissru il-monopolju tan-nazzjonalisti, tal-lemin u tal-konservattivi f'dan il-qasam.

Hutkhom fl-idejal,

it-tim ta' LABOUR IN LABOUR

www.labourinlabour.wordpress.com