It-Tnejn, 21 ta’ Lulju 2008

Priorita' lill-Ambjent

Qed nirriproducu stqarrija ta' Leo Brincat dwar it-tniggis.

Hemm il-htiega ta' aktar diskussjoni dwar dan is-suggett tal-ambjent. Il-Partit Laburista ghandu jkun aktar attiv f'dan il-qasam.

L-istqarrija

Hemm diversi aspetti ta’ tniggiz li mhumiex jinghataw attenzjoni xierqa minn naha tal-gvern. Mill-mod kif qed jimxu l-awtoritajiet jidher car li dawn ma humiex prijorita’ fuq l-agenda ambjentali tieghu.Fost dawn l-aktar li jispikkaw huma :--
it-tniggiz tal-kwalita’ tal-arja
it-tniqqiz tal-hsejjes
it-tniggiz tad-dawl.

Minkejja li dwar dan kollu hemm direttivi u regolamenti iebsa hafna minn naha tal-Unjoni Ewropea, in-nuqqas ta’ impenn ta’ l-awtoritajiet Maltin huwa rifless fil-fatt illi jekk niehdu l-monitoragg tal-kwalita’ ta’ l-arja insibu li kull ma hemm huma biss zewg persuni nkarigati minn dan il-qasam li jikkonsistu minn xjentist u technician. Hemm ukoll zewg impjegati ohra li jahdmu fuq aspetti ohra ta’ l-implimentazzjoni tad-direttivi Ewropej f’dan il-qasam. Dan gie ikkonfermat mill-Gvern innifsu fil-Parlament il-gimgha li ghaddiet.Dawn ir-rizorsi umani limitati jkabbru t-thassib taghna meta niftakru li 50% tal-ksur ta’ legizlazzjoni ambjentali tal-UE ta’ pajjizna, huma kollha relatatati mat-tniggiz ta’ l-arja.

No comments: