Il-Ħadd, 20 ta’ Lulju 2008

KONSISTENZA

Il-kwistjoni tat-trasport pubbliku ikkonfermat il-konsistenza tal-Partit Laburista fuq naha u l-inkonsistenza u l-ingann tal-gvern Nazzjonalista fuq in-naha l-ohra. Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta dal-ghodu indirizza l-attivita` Niltaqa Maghkom fil-Gzira.Il-Mexxej Laburista qal li fil-bidu tal-kwistjoni l-gvern akkuza lill-Partit Laburista li ma kienx qed jitkellem car dwar il-liberalizazzjoni. Il-fatti izda huma ghal kollox bil-maqlub.
Fil-Gzira Joseph Muscat zvela korrispondenza li ghaddiet bejnu bhala membru parlamentari Ewropew Laburista u l-Kummissjoni Ewropea lejn tmiem l-2006 propju dwar il-liberalizazzjoni tal-karozzi li jgorru l-kadavri.Il-konsistenza LaburistaJoseph Muscat qal li fl-20 ta’ Dicembru 2006 huwa kien kiteb lill-Kummissjoni Ewropea fejn kien gibdilha l-attenzjoni li l-Kummissjoni ghall-Kummerc Gust f’pajjizna kienet hadet decizjoni li kellhom johorgu iktar permessi ghal karozzi li jgorru l-kadavri. Fit-twegiba taghha l-Kummissjoni Ewropea kienet qalet li din kienet kwistjoni li decizjoni dwarha riedet tittiehed mill-gvern Nazzjonalista. Dak iz-zmien izda l-gvern Nazzjonalista kien qed jahdem kontra l-liberalizazzjoni f’dan is-settur.
Il-gvern Nazzjonalista tant kien qed jahdem kontra l-liberalizazzjoni, li matul dil-gimgha l-ex Ministru Jesmond Mugliett ikkonferma li qabel l-ahhar Elezzjoni generali huwa kien wasal ghal ftehim bil-miktub li kien jghid li f’dal-qasam, bi gvern iehor Nazzjonalista, ma kienx se jkun hemm liberalizazzjoni. Mugliett qal ukoll li huwa m’ghamilx dal-ftehim fuq inizjattiva personali tieghu. Il-PN kien kontra l-liberalizazzjoniIl-Mexxej Laburista qal li huwa car li biex dan l-ex Ministru Nazzjonalista wasal biex ghamel dal-ftehim kontra l-liberalizazzjoni, kien qieghed jikkonsulta mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Dan kollu jfisser li l-Prim Ministru kien jaf bil-weghdiet kontra l-liberalizazzjoni li saru qabel l-elezzjoni, izda issa flimkien ma’ Ministru iehor, Austin Gatt, qed jaghmel il-maqlub ta’ dak li kien imwieghed.“U minn fuq bla misthija, l-gvern jakkuza lill-Partit Laburista li ma tkellimx car. Il-verita` hija li fil-kwistjoni tat-trasport pubbliku tal-jiem li ghaddew, il-Partit Laburista kellu l-konsistenza fuq in-naha tieghu waqt li l-gvern Nazzjonalista kellu fuq in-naha tieghu l-inkonsistenza u l-ingann”, sahaq Joseph Muscat.
Prezzijiet irhas u servizz ahjar
Il-Partit Laburista jaqbel mal-liberalizazzjoni izda fl-istess hin jhares ihares lejha bhala ghodda biex il-konsumaturi jgawdu minn prezzijiet irhas u minn servizz ahjar. Il-Mexxej Laburista qal li dil-kwistjoni servit ukoll biex il-Prim Ministru sab lilu nnifsu iffacjat bit-theddida tal-Ministru Austin Gatt li jekk ma kenitx se tghaddi tieghu, kien se jirrizenjalu mill-kabinett. Joseph Muscat fakkar kif il-Partit Laburista sa minn gimgha ilu kien appella biex ma jsiru ebda azzjonijiet ghaliex minnhom ma kienux se jbatu l-Ministri izda kienu se jbatu l-haddiema u l-konsumaturi.
L-appell tal-Partit Laburista mill-bidu kien li z-zewg nahat kellhom jingabru madwar mejda. Il-pajjiz hela erba t’ijiemGara izda li l-pajjiz hela erba t’ijiem li matulhom batit l-ekonomija u li matulhom kien hemm xejn t’ghajb u ta’ vjolenza. “Min haseb li se jwettaq il-vjolenza u jsib xi kenn fil-Partit Laburista zbalja bil-kbir”, qal il-Mexxej Laburista, “ghaliex il-Partit Laburista jikkundanna dil-vjolenza bla rizervi ta’ xejn”.Wara erba t’ijiem iz-zewg nahat qablu li jiltaqghu biex jibdew jiddiskutu. Kieku semghu mill-bidu nett l-appell tal-Partit Laburista ma kienx jigri dak li gara ghaliex kienu jibdew jiddiskutu mill-bidu, sahaq Joseph Muscat, li semma wkoll id-decizjoni tal-gvern li jaghti lis-sidien tal-karozzi li jgorru l-kadavri €230,000 minn flus il-poplu, u staqsa fuq liema kriterji ittiehdet did-decizjoni, x’sehem kellha matul in-negozjati li saru u jekk il-gvern hux qieghed johloq xi precedent.
B’rabta ma’ dak li gara fil-jiem li ghaddew, il-Mexxej Laburista ferah lis-Segretarju Parlamentari Mario de Marco li iltaqa personalment ma studenti barranin li assistew ghal xeni ta’ ghajb li sehhew. Joseph Muscat qal li l-pass tas-Segretarju Parlamentari kien ghaqli u wiehed pozittiv, pass li jsib l-appogg shih tal-Partit Laburista.
Pass kbir ‘il quddiem
Fid-diskors tieghu l-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar il-ftehim milhuq dil-gimgha biex jitwaqqaf kumitat tal-kamra tar-rapprezentanti li se jiddiskuti mizuri ghat-tishih tad-demokrazija. Joseph Muscat qal li dan kien pass kbir ‘il quddiem. Permezz tat-twaqqif ta’ dan il-kumitat, wara negozjati bejnu u bejn il-Prim Ministru, il-gvern Nazzjonalista accetta li jiddiskuti ma’ l-Oppozizzjoni Laburista f’kumitat fejn iz-zewg nahat se jkollhom numru ta’ membri indaqs. Fl-istess hin il-Partit Laburista ma ceda xejn biex se jkunu jistghu jsiru dawn id-diskussjonijiet. Il-Mexxej Laburista qal li fejn huwa possibli z-zewg nahat se jahdmu biex jimxu ‘l quddiem b’kunsens u mhux b’impozizzjoni. Hemm qbil ukoll li d-diskussjonijiet m’ghandhomx jinghalqu biss fil-parametri tal-parlament izda ghandhom ikunu miftuha wkoll ghas-socjeta` civili.
Pozittiv ukoll huwa l-fatt li z-zewg nahat qed jaqblu li biex jimxu ‘l quddiem mhux necessarjament iridu jaqblu fuq il-pakkett kollu tal-proposti li hemm ghad-diskussjoni, izda kull proposta ghandha tkun diskussa fuq il-mertu taghha. Dan huwa l-istagun politiku gdid, sahaq Joseph Muscat, fejn il-Partit Laburista jkun partit pozittiv.“Ghaliex dan huwa dak li jfisser li tkun Laburist, li tahdem dejjem u li taghmel dak kollu possibli biex dak li jista` jsir ghall-gid tal-pajjiz isir minnufih”, qal il-Mexxej Laburista.

No comments: