It-Tnejn, 25 ta’ Awwissu 2008

Addio Weghda 258



Sitt xhur wara l-elezzjoni generali l-gvern ta’ Lawrence Gonzi ghadu qieghed idur fuq alleati tal-Partit Nazzjonalista biex jokkupaw karigi f’bordijiet pubblici minghajr ma’ johrog l-ebda sejha ghal applikazzjonijiet. Dan l-agir ghadu ghaddej minkejja li fil-kampanja elettorali Lawrence Gonzi kien wieghed li kien se jagixxi differenti. Fil-fatt taht it-titlu “Aktar Trasparenza” il-weghda numru 258 tal-manifest elettorali ta’ Gonzi PN kienet tghid hekk: “Hatriet f’bordijiet tal-Gvern isiru wara sejha ghal applikazzjoni.” Izda jidher li anke hawn, Lawrence Gonzi ta’ qabel l-elezzjoni mhux l-istess wiehed ta’ wara l-elezzjoni.
Fost dawk li fl-ahhar jiem regghu kienu appuntati f’karigi gholjin f’bordijiet tal-gvern kien hemm l-avukat Peter Fenech. Fl-ewwel ta’ Awwissu il-Ministru Dolores Cristina regghet hatret lil Peter Fenech biex imexxi l-bord ghat-tmexxija tat-Teatru Manoel u c-Çentru tal-Mediterran ghall-konferenzi. Qabel dawn iz-zewg entitajiet kellhom bordijiet separati izda issa se jkun hemm bord wiehed li ghas-sena li gejja zgur se jkun imexxi minn Fenech. Peter Fenech huwa qrib hafna tal-Partit Nazzjonalista b’mod partikolari ta’ Louis Galea li wara li ma sarx Ministru nhatar bhala speaker.
Mistoqsi ghaliex ma saretx sejha ghall-applikazzjonijiet kelliem ghall-Ministru Dolores Cristina mhux biss ikonferma li dan ma kiex il-kaz fil-hatra ta’ Fenech izda qal ukoll li din hi xi haga li m’hijiex issir. “S’issa ghad mhux qeghdin isiru sejhiet ghall-applikazzjoni ghall-hatriet ta’ Bordijiet tal-Gvern,” qalilna l-Ministeru ta’ l-edukazzjoni. Il-mara ta’ Fenech, Roberta Messina ukoll kellha hatriet simili u fost ohrajn hija serviet bhala chairperson ta’ l-awtorità tas-sahha u sigurtà fuq il-post tax-xoghol (OHSA). Dawn il-karigi jgorru maghhom hlasijiet li jlahhqu eluf ta’ ewro anke jekk ikunu fuq bazi part-time.
L-agir ta’ Lawrence Gonzi qieghed igib mieghu reazzjonijiet negattivi fost is-socjetà civili, li hija l-iktar sezzjoni li ppretendiet li Gonzi jzomm il-kelma tieghu. Meta ftit gimghat ilu kien mitlub jiddeskrivi l-ewwel mitt jum tal-gvern, Vince Farrugia, Direttur Generali tal-GRTU kien qal hekk: “Imbaghad fuq affarijiet ohra, per ezempju kif qeghdin jitwaqqfu l-bordijiet, kif qieghda ssir il-komunikazzjoni, hemm kellna halfa cara li din id-darba l-affarijiet se jsiru iktar differenti, li se jkun hemm iktar konsultazzjoni, li korpi bhalna u korpi ohra se nkunu kkonsultati u l-pubbliku se jkun ikkonsultat. Izda rega’ gara l-istess, u bl-eccezzjoni ta’ ftit nies li qeghdin hemm jirraprezentaw is-settur taghhom, il-bicca l-kbira ta’ nies li ntghazlu biex imexxu awtoritajiet importantissimi ghall-pajjiz, dawn kollha intghazlu mill-hbieb.”