Qed nirriproducu l-emenda ghall-istatut li qed tigi proposta mill-Ezekuttiv Nazzjonali.
Napprezzaw jekk tikkummentaw dwar din il-proposta tal-Ezekuttiv.
Din il-Konferenza Generali, filwaqt li taghmel riferenza ghall-Kap X ta’ l-Istatut dwar il-Membri tal-Parlament Ewropew, qed tapprova din l-emenda u dan billi jithassar il-kontenut ta’ Kap X u jidhol dan li gej :
Kap X – Membri tal-Parlament Ewropew
1. Kull membru tal-Partit li jixtieq jipprezenta ruhu bhala kandidat ghall-Elezzjoni ta’ Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit, ghandu jissottometti personalment applikazzjoni ghand is-Segretarju Generali tal-Partit mill-15 ta’ Ottubru sa mhux aktar tard minn l-ahhar ta’ Ottubru li jigi qabel l-Elezzjonijiet ghall-Membri tal-Parlament Ewropew. Kull applikazzjoni jrid ikollha maghha tliet referenzi minn delegati tal-Partit.
2. Minkejja l-provediment ta’ klawsola numru 1 ta’ dan il-Kap kif ukoll kull provediment iehor f’dan l-Istatut li jirrigwardja din il-klawsola, Membru Parlamentari Ewropew ma jistax jigi nominat ghall-kariga ta’ President, Vici-President, Segretarju Generali, Segretarju Finanzjarju, Segretarju Internazzjonali, Segretarju Relazzjonijiet Pubblici, Segretarju Edukattiv u Membru Ordinarju ta’ l-Ezekuttiv Nazzjonali.
2.1 L-Ezekuttiv Nazzjonali jew il-Konferenza Generali ma jistghux jinnominaw, jew japprovaw nomina ta’ applikant ghall-Elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew li sa’ sentejn qabel dawn l-Elezzjonijiet, okkupa jew qed jokkupa l-kariga ta’ President, Vici-President, Segretarju Generali, Segretarju Finanzjarju, Segretarju Relazzjonijiet Pubblici, Segretarju Internazzjonali u Segretarju Edukattiv ta’ l-Ezekuttiv Nazzjonali.
2.2 Minkejja kull provvidiment iehor f’dan l-Istatut, Membru Parlamentari Ewropew ma jistax ikun ufficcjal jew membru bil-vot f’kumitat lokali jew distrettwali jew fergha jew xi sezzjoni kif ukoll fil-fondazzjonijiet tal-partit.
3. L-applikant irid jkun jissodisfa l-kwalifiki kollha kif stabbiliti bil-ligi tal-pajjiz.
4. Is-Segretarju Generali ghandu jaghti acknowledgement, b’mod immedjat, lill-persuna li tkun issottomettiet l-applikazzjoni personalment, ghall-Elezzjoni hawnhekk imsemmija.
5. Kull applikazzjoni ghandha tigi notifikata u pprezentata lill-Bord ta’ Vigilanza u Dixxiplina mis-Segretarju Generali fi zmien jumejn minn meta jirceviha.
6. Kull applikazzjoni tehtieg rikomandazzjoni tal-Bord ta’ Vigilanza u Dixxiplina, li min-naha tieghu l-Bord ghandu jikkomunika, bil-miktub u bl-idejn ir-rakkomandazzjoni tieghu, lis-Segretarju Generali fi zmien hmistax–il jum minn meta jircievi l-applikazzjoni. Il-Bord ikollu l-fakulta’ li jaghmel rakomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ etika u ta’ dixxiplina dwar l-applikazzjoni imressqa.
7. Is-Segretarju Generali ghandu jgharraf minnufih lit-tmexxija tal-Partit bir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ Vigilanza u Dixxiplina u/jew tal-Bord tal-Appell u fi zmien hmistax –il gurnata minn meta d-decizjoni tal-Bord dwar l-applikazzjonijiet tal-applikanti kollha tasal ghand is-Segretarju Generali, ghandu jiltaqa’ l-Ezekuttiv Nazzjonali sabiex jikkunsidra r-rakomandazzjonijiet tal-Bord soggett ghal dak imsemmi fl-artikolu 8 ta’ dan il-Kap.
8. Ghandu jkun hemm ghaxar (10) kandidati li jikkontestaw dawn l-Elezzjonijiet f’isem il-Partit Laburista. Wiehed mill-kandidati ghandu jkun persuna li fl-ahhar ghaxar snin qabel id-data tal-gheluq tan-nominazzjonijiet kellu residenza ordinarja f’Ghawdex filwaqt li tnejn mid-disa’ kandidati l-ohra ghandhom ikunu nisa.
Minkejja dak ipprovdut fl-artiklu 1, fil-kaz ta’ applikant li jiddikjara li huwa ghandu r-residenza ordinarja f’Ghawdex, it-tlett delegati li jaghmlu r-referenza taghhom mal-applikazzjoni iridu jkunu delegati minn kumitat f’Ghawdex.
8.1.1 Il-kandidati ghandhom jigu maghzula kif gej:
8.1.2 Meta n-numru ta’ membri li japplikaw sa’ l-ahhar gurnata ta’ Ottubru ikun ta’ ghaxra jew inqas, u sakemm il-provvidimenti ta’ l-artikoli precedenti ikunu sodisfatti, l-approvazzjoni tal-kandidati issir mill-Ezekuttiv Nazzjonali permezz ta’ vot sigriet. Biex applikant ikun approvat bhala kandidat irid jikseb 50%+1 tal-Vot tal-membri tal-ezekuttiv li jkunu prezenti.
Izda jekk ikunu approvati inqas minn ghaxar kandidati, l-Ezekuttiv Nazzjonali ghandu jiehu dawk il-passi kollha mehtiega biex jintlahaq in-numru ta’ kandidati stabbilit.
8.1.3 Meta n-numru ta’ membri li japplikaw ikun ta’ aktar minn ghaxra, tkun il-Konferenza Generali li taghzel lil dawk l-ghaxar kandidati li jgibu l-aktar appogg permezz ta’ vot sigriet bis-sistema ta’ “first past the post”, soggett ghal dak imfisser fl-artikolu 8 u dan sakemm tinghata r-rakkomandazzjoni mill-Bord tal-Vigilanza u Dixxiplina u l-approvazzjoni tal-Ezekuttiv Nazzjonali.
8.1.4 F’kaz li japplika l-artikolu 8.1.2, meta l-Ezekuttiv Nazzjonali jaghti l-approvazzjoni tieghu l-applikant isir Kandidat Ufficjali izda meta japplika l-artiklu 8.1.3 l-applikant isir Kandidat Prospettiv u jsir kandidat ufficjali wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Konferenza Generali kif imfisser fl-artiklu 8.1.3.
8.1.5 Fil-kaz li fil-votazzjoni tal-Konferenza Generali jekk l-ahhar zewg kandidati, jew aktar, igibu voti indaqs, issir Elezzjoni parzjali bejniethom.
8.1.6 Kull kandidat prospettiv u kandidat ufficjali jimxi fuq id-direttivi li jaddotta l-Ezekuttiv Nazzjonali u l-Konferenza Generali tal-Partit.
8.1.7 Kull kandidat Prospettiv ghandu jaghmel din id-dikjarazzjoni li ghandha tigi depozitata ghand is-Segretarju Generali tal-Partit.
Jien ________________, Kandidat Prospettiv tal-Partit Laburista ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew nobbliga ruhi li jekk nigi elett, kemm –il darba ghal xi raguni jew ohra ma noqghodx ghad-decizjoni tal-Partit u fl-istess hin nibqa’ Membru tal-Parlament Ewropew, inhallas lill-Partit fil-forma ta’ penali s-somma ta’ hmistax-il elf ewro (€15,000) bhala dak li uzufruwajt jien mix-xoghol kollu li ghamel il-Partit matul l-ezistenza tieghu.
9. Qabel il-Konferenza Generali u/jew l-Ezekuttiv Nazzjonali li fiha jitressqu l-ismijiet tal-kandidati ghall-approvazzjoni, is-Segretarju Generali ghandu jhejji taghrif fil-qosor u ndaqs dwar kull kandidat prospettiv u dan it-taghrif jinghata lil kull delegat tal-Konferenza Generali jew lill-membri kollha tal-Ezekuttiv Nazzjonali skond ma jkun il-kaz.
L-approvazzjoni tal-kandidati ghandha ssir sa mhux aktar tard minn Jannar ta’ qabel l-Elezzjonijiet ghall-Membri Parlamentari Ewropej. Il-lista finali tan-nominazzjonijiet ghall-kandidati ufficjali tigi ppubblikata f’ordni alfabetika.
10. Ghanda ssir laqgha tal-Ezekuttiv Nazzjonali fejn jigi diskuss u approvat Programm Elettorali ghall-Membri Parlamentari Ewropej.
11. L-Amministrazzjoni tal-Partit ghandha tassumi r-responsabbilita’ tal-kampanja elettorali, kif isir f’kampanji elettorali ohrajn.
14. L-Agenti tal-Kandidati, ghall-fini tal-ligi Elettorali, jigu nominati mill-Amministrazzjoni tal-Partit.
15. Ikun kemm ikun in-numru ta’ Membri Parlamentari Ewropej fi hdan il-Partit, l-Ezekuttiv Nazzjonali ghandu jahtar wiehed mid-Deputati eletti f’dan il-kaz sabiex jagixxi bhala l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew.
16. Kull Membru Parlamentari Laburista ghall-Parlament Ewropew ghandu:
16.1 Jifforma parti mid-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew u li taghmel parti mill-Grupp Socjalista.
16.2 Izomm kuntatt regolari mal-amministrazzjoni tal-Partit fil-qadi ta’ dmirijietu u jattendi ghall-laqgha ta’ kordinament ma’ l-amministrazzjoni li ghandha ssir darba fix-xahar, u jithejja rapport ta’ hidma kull tlett xhur li jigi mghoddi lill-Ezekuttiv Nazzjonali.
16.3 Jassisti lill-Partit Laburista f’dak kollu mitlub minnu.
16.4 Jippartecipa fil-Parlament Ewropew mall-Grupp Socjalista fuq il-linji tal-Programm Elettorali tal-Partit Laburista approvat ghal dan il-ghan.
16.5 Ikun membru ta’ l-Ezekuttiv Nazzjonali bla vot u membru bil-vot tal-Grupp Parlamentari tal-Partit ghall-Parlament Malti.
16.6 Izomm kuntatt mal-Kumitati Lokali u dawk Distrettwali jew Ferghat ohra tal-Partit.
Emenda ghal Kap XXII ta’ l-Istatut tal-Partit Laburista
Jidhol punt 6
Sakemm ma jkunx imfisser mod iehor, kull kelma fil-maskil f’dan l-Istatut ghandha titqies li tirreferi ghall-femminili wkoll.